BarraninKurżitajiet

Sab teżor waqt li kien qed isewwi pjanu fir-Renju Unit

Fir-Renju Unit instabet dik li qed tiġi kkunsidrata bħala l-ikbar sejba ta’ muniti tad-deheb antiki, tant li kienet iddikjarata bħala ‘teżor’.

Il-muniti nstabu ftit qabel il-Milied li għadda, moħbija taħt it-tastiera ta’ pjanu li ttieħed għat-tiswija f’Shropshire. Peress li l-Qorti ddikjarathom bħala teżor, il-muniti saru proprjetà tal-Kuruna, u se jinbiegħu lill-mużewijiet.

It-tekniku li għamel is-sejba, kif ukoll il-Kulleġġ ta’ Bishops Castle Community, li huwa sid il-pjanu, se jingħataw kumpens.

B’kollox instabu 913-il munita Brittanika mill-1847 sal-1915, li jammontaw għal sitt kilogrammi f’ingotti tad-deheb. L-inkjesta ma rnexxilhiex tistabilixxi min kien is-sid oriġinali tal-muniti jew il-werrieta tiegħu.