Barranin

Santiago tintlaqat mill-borra għall-ewwel darba f’20 sena

Aktar minn 280,000 persuna jinsabu mingħajr provvista tal-elettriku fil-belt kapitali taċ-Ċilì. Dan wara li nqata’ d-dawl minħabba li niżel ammont kbir ta’ borra għall-ewwel darba f’20 sena. Ilbieraħ Santiago ntradmet taħt bejn 3 u 5 ċentimetri ta’ borra. Il-borra affettwat it-toroq, tant li l-karozzi qed isibuha diffiċli biex isuqu. Madankollu t-tfal qed igawdu mis-sitwazzjoni, hekk kif għall-ewwel darba f’ħajjithom ħarġu fit-toroq biex jitfgħu blalen tal-borra lil xulxin.