Lokali

Tiffranka l-ħabs wara serqa ta’ ġojjelli minn dar fl-Imġarr

Mary Aquilina ta’ 41 sena kienet ikkundannata għal tliet snin probation u mitt siegħa ta’ servizz fil-komunità wara li ammettiet għal serqa minn dar fl-Imġarr.

Il-każ imur lura għal Lulju u Awwissu 2016, fejn Aquilina ammettiet għall-akkużi li serqet ġojjelli u oġġetti oħra minn residenza ta’ familja fi Triq San Piju.

Is-serq kien aggravat bil-mezz, bil-valur u anki bil-lok, u l-prosekuzzjoni talbet li Aquilina tiġi meqjusa bħala reċidiva.

Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, ikkunsidrat ir-rapport tal-Uffiċjal tal-Probation, li kien irrakkomanda li Aquilina tingħata probation sal-massimu permess.