Barranin

Tissokkta l-mewġa ta’ kesħa fl-Ewropa – postijiet jinżlu għal -30 grad

epa05624401 A man tries to get a car back on the road on the Hornsgatan Street during the heavy snowfall over Stockholm, Sweden, 09 November 2016. Traffic in the Stockholm area was hampered due to heavy snowfall. All bus traffic is halted and the main roads are blocked by trucks, buses and cars stuck in the snow.  EPA/CLAUDIO BRESCIANI SWEDEN OUT

F’Ateni, il-Ġreċja, monumenti antiki bħall-Acropolis u t-Tempju ta’ Zeus kienu miksija bis-silġ, b’ħafna żgħażagħ ħarġu jitfgħu l-blalen tas-silġ lil xulxin qabel tlugħ ix-xemx. Ir-residenti kellhom joħorġu l-ixkupi u l-pali biex inaddfu l-borra li mblukkat il-bibien ta’ barra u ksiet fost oħrajn il-karozzi. It-temperatura li niżlet taħt iż-żero wasslet biex ingħalqu t-toroq għat-traffiku. L-awtoritajiet għalqu l-iskejjel tal-kapitali u talbu lir-residenti biex jibqgħu fi djarhom minħabba l-borra li niżlet matul il-lejl. Front kiesaħ ilu tliet ijiem jaħkem il-pajjiż bil-meteoroloġisti jbassru li t-temp għandu jibqa’ kiesaħ għal mill-anqas jumejn oħra.

Il-mewġa ta’ temp kiesaħ kompla jiswa l-ħajja ta’ aktar nies fiċ-ċentru tal-Ewropa.  L-imwiet qabżu l-25, l-aktar fil-Polonja. F’ċerti postijiet it-temperaturi niżlu 30 grad taħt iż-żero.

L-agħar milquta kienu n-nies bla dar, b’uħud spiċċaw mietu fit-toroq fir-Reppubblika Ċeka u fis-Slovakkja.

Eluf ta’ immigranti maqbudin fis-Serbja qed iqattgħu l-iljieli f’temperatura ta’ 20 grad taħt iż-żero. Mingħajr ċentri addatati, ħafna qed jorqdu f’ maħżen abbandunati f’Belgrad.