Lokali

Tlieta arrestati fuq traffikar ta’ droga f’Buġibba u Paceville

Malti u żewġ barranin kienu arrestati dal-lejl mill-Pulizija f’żewġ każijiet separati f’Buġibba u Paceville.

Fl-ewwel każ, raġel Malti ta’ 39 sena ġie arrestat fi stabbiliment f’Buġibba mill-membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Fil-pussess tiegħu nstabu diversi qratas tal-kokaina kif ukoll joints tal-kannabis lesti biex jiġu ttraffikati.

Ir-raġel qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.

Iktar tard matul il-lejl, membri mit-taqsim tal-Administrative Law Enforecement arrestaw żewġ persuni, Alġerin ta’ 23 sena u Somalu ta’ 21 sena wara li fil-pussess tagħhom instabu sustanzi suspettati kokaina u kannabis li kienu imqasma go diversi qratas lesti sabiex jiġu ttraffikati.

Iż-żewġ persuni ġew arrestati ġewwa Paceville. Huma ttieħdu ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sabiex jassistu lill-Pulizija fl-investiazzjonijiet.