Barranin

Tnejn mejta wara li qalgħu daqqiet ta’ sikkina f’kumpless turistiku fl-Eġittu

Żewġ turisti nisa Ukreni nqatlu f’attakki bis-skieken f’lukanda fil-kumpless turistiku ta’ Hurghada, maġenb il-kosta tal-Baħar l-Aħmar fl-Eġittu. Mill-anqas erba’ persuni oħra ndarbu filwaqt li raġel ġie arrestat. Il-Ministeru tal-Intern Eġizzjan qal li qed jiġi investigat il-mottiv wara dan l-attakk. Huwa mifhum li l-agressur għam sax-xatt fejn qiegħed il-kumpless u mbagħad wettaq l-attakk.