Lokali

Beda x-xogħol estensiv fit-toroq madwar il-Villa Rumana

Beda xogħol estensiv fit-toroq fl-inħawi tal-Villa Rumana r-Rabat b’partijiet minn dawn it-toroq jingħalqu f’xi ħinijiet għat-traffiku.

Fi stqarrija, Transport Malta qalet li x-xogħlijiet se jsiru mit-triq li tinsab kantuniera mal-bank saċ-ċimiterju tar-Rabat, u jinkludu wkoll il-pjazza ta’ quddiem il-Villa Rumana.  Ix-xogħol se sir f’fażijiet matul il-ġurnata u mistenni li jkun lest sat-tieni ġimgħa ta’ Awwissu.

TM qalet li biex jitnaqqas l-inkonvenjent għall-pubbliku, it-triq se tkun aċċessibbli kemm jista’ jkun, iżda qalet li f’xi mumenti u ħinijiet matul il-jum, ix-xogħol jirrikjedi li ċertu partijiet jingħalqu għat-traffiku.

L-awtorità ħeġġet lis-sewwieqa jgħaddu minn  toroq alternattivi.