Lokali

Tusk: Malta qed tippresedi l-Kunsill tal-Ewropa fi żmien delikat

Ftit qabel iċ-ċeremonja inawgurali tal-Presidenza, wasal Malta ukoll il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk li baqa’ sejjer Kastilja għal taħditiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Tusk qal li Malta qed tippresedi l-Kunsill tal-Ewropa fi żmien diffiċli u delikat ħafna mal-Unjoni Ewropea.

Huwa ddeskriva lil Malta bħala l-aqwa kollaboratur u tinsab fl-aħjar żmien biex tieħu l-Presidenza għax tifhem l-aktar kwistjonijiet delikati bħall-immigrazzjoni għax ġarbitha tul is-snin.

Il-Prim Ministru ħeġġeġ għall-kollaborazzjoni bejn l-istati membri biex jinkisbu riżultati tanġibbli li jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies. Dr Muscat saħaq li l-immigrazzjoni, waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza, mhix problema ta’ stat membru wieħed iżda ta’ blokk sħiħ, għaldaqstant jeħtieġ il-kontribut ta’ kulħadd.