Lokali

Wara l-bnazzi, għada mistenni l-maltemp

L-aħħar jiem kienu kkaraterizzati minn temp bnazzi, tant li wħud kienu diġa’ bdew iqalbu l-gwardarobbi għall-flokkijiet bil-kmiem qosra. Oħrajn ħarġu jilagħqu x-xemx u jgawdu t-temp sħun li jkun tant mistenni bħal dan iż-żmien tas-sena, speċjalment wara xitwa kiesħa u arja niedja. Iżda min diġa’ refa’ l-umbrella nissuġġerixxu li jerġa’ joħroġha mqar għall-jumejn li ġejjin, li mistennija jkunu kkaraterizzati minn xita u maltemp. Taqtgħux qalbkom iżda għax wara l-maltemp dejjem jerġa’ jitfaċċa l-bnazzi, u hekk se jiġri għal tmiem il-ġimgħa li ġej.