Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur f’Santa Venera

Raġel ta’ 25 sena mill-Pietà weġġa’ gravi wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’ħabta f’Santa Venera.

Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident tal-bieraħ fi Triq Psaila għall-ħabta tas-6.00.

Minn stħarriġ preliminari illi sar mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Mitsubishi Pajero li kienet qegħda tiġi misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Gżira u mutur Kymco misjuq miż-żagħżugħ.

Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.