Lokali

Aġġornat – tfittxija għal żewġ ġuvintur li ħarġu bir-roti u ma rritornawx

Bdiet tfittxija għal żewġ żgħażagħ li jista’ jkun li huma mitlufa, wara li nstabu żewġ basktijiet tagħhom abbandunati fl-inħawi tal-Imtaħleb, ħdejn il-Blata tal-Melħ.

L-oġġetti ntlemħu minn xi sajjieda kmieni dalgħodu.

Il-Forzi Armati qed ifittxu lil dawn il-persuni kemm fuq l-art u anki fuq il-baħar.

Il-Pulizija qalet lil tvm.com.mt li żewġ ġuvintur, wieħed Malti residenti Birżebbuġa u ieħor barrani residenti Birkirkara, ħarġu bir-roti lbieraħ filgħaxija u ma rritornawx.

Iktar dettalji kif jaslulna.