Barranin

Żewġ turisti jinqatlu b’sikkina fuq bajja fl-Eġittu

Fl-Eġittu raġel attakka b’sikkina u qatel żewġ turisti Ġermaniżi. F’dak li qed jitqies bħala attakk maħsub li fil-mira tiegħu ikun hemm barranin f’post popolari ħafna mat-turisti fil-Baħar l-Aħmar indarbu erba’ turisti oħra. Il-mejta huma nisa. Ir-raġel li wettaq l-attakk l-ewwel qatel liż-żewġ turisti u darab tnejn oħra f’lukanda, imbagħad għam sa bajja fil-viċin fejn attakka żewġ persuni oħra li kienu f’resort turistiku sakemm inqabad minn membri tal-istaff u ġie arrestat. Dan kien l-ewwel attakk tax-xxorta fuq turisti fl-aħħar sena u seħħ meta l-Eġittu qed jagħmel sforzi biex jerġa’ jagħti l-ħajja lill-industrija tat-turiżmu li ħadem majnata bit-theddid lis-siġurtá u snin ta’ inċertezza politika.