Lokali

Żewġt ibniet ta’ 14-il sena jieqfu mill-iskola wara li nqabdu tqal

Matul din is-sena skolastika, f’Malta kien hawn tliet każi ta’ bniet li kellhom jieqfu ħesrem mill-iskola għax inqabdu tqal. Tnejn mill-bniet kellhom 14-il sena filwaqt li l-oħra kellha 16-il sena.

Dan ħareġ minn mistoqsija mill-Membru Parlamentari George Pullicino lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo.

Il-Ministru Bartolo kkonferma li f’din is-sena skolastika kien hemm tfajla waħda li minkejja li ħarġet tqila baqgħet tattendi l-iskola.

Fis-sena skolastika 2015/2016 kienu tnejn li baqgħu jattendu l-iskola filwaqt li fis-sena skolastika 2014/2015, ħames tfajliet baqgħu jattendu l-iskola minkejja li ħarġu tqal.