X’kien ġara tassew

Watch Now
Latest Episode
12/08/2017 
Watch Now
10 days left

FUQ TVM NHAR TA’ TNEJN FID-8.50 PM MILL-24 T’APRIL X’kien ġara tassew? hi sensiela dwar kif inħarsu lejn l-istorja ta’ dawn il-gżejjer b’differenza: mhux kulma tgħallimna u qalulna fl-imgħoddi kien dejjem qrib sew tas-sewwa. Dis-sensiela għalhekk se tistaqsi ħafna domandi u tipprovoka diskussjoni fuq x’kien ġara tassew fil-passat tagħna bl-ewwel programm fuq il-kult ta’ San Pawl f’Malta, inkluż investigazzjoni dwar kienx tabilħaqq ġie f’dal-gżejjer jew le l-appostlu San Pawl. Il-programm isaħħaħ fehmtu bl-għajnuna ta’ riċerkaturi u akkademiċi esperti fl-oqsma tagħhom. Permezz ta’ filmati, xbiehat pertinenti u opinjonijiet qsar imma preċiżi s- sensiela se twassal dak kollu li s-soċjetà tagħna llum trid tħalli warajha fil-patrimonju storiku ta’ Malta u Għawdex. Preżentazzjoni u kordinazzjoni: Dr Charles Xuereb Produzzjoni: DeeMedia.tv Limited