Futbol lokali

AĠĠORNATA – skont iż-żewġ klabbs 99.9% magħluq it-tpartit bejn Frank Temile u Gary Muir

muir6

RAPPORT – Rodney Vassallo.. RITRATT – Joe Borg

Sliema Wanderers u Birkirkara it-tnejn ikkonfermaw ma’ TVMSport li issa jonqos verament ftit biex ikun maghluq uffiċjalment it-tpartit li se jara lil Frank Temile iħalli lil Birkirkara biex jinghaqad ghal kollox ma’ Sliema Wanderers u Gary Muir li se jħalli lill-Wanderers biex jissieheb mal-Istripes.

Kien TVMSport li l-Erbgħa filgħodu żvela l-aħbar ta’ dan it-tpartit.

Għal Frank Temile, Sliema Wanderers se jkunu l-ħames klabb tiegħu f’Malta wara Valletta, Qormi, Naxxar Lions u proprju Birkirkara.

Min-naħa l-oħra għall-Iskoċċiż Gary Muir Birkirkara se jkun ir-raba klabb wara Vittoriosa Stars, Floriana u proprju Sliema Wanderers.