Atletika: rekords nazzjonali ġodda fil-javelin u l-400m hurdles

L-atleta Joanne Vella ta’ Pembroke Athleta waqqfet rekord ġdid fil-javelin.

It-tefgħa ta’ 45.16m fiċ-Challenge 1 meeting fl-istadium Matthew Micallef St John il-Marsa fi tmiem il-ġimgħa fil-fatt tfisser suċċess doppju għal Joanne: li mhux biss tejbet ir-rekord nazzjonali f’din id-dixxiplina, imma rnexxielha tikkwalifika għal-Loghob tal-Pajjiżi ż-Żghar f’San Marino f’Mejju.

U rekord nazzjonali ġdid anke fl-400 metru hurdles: b‘Daniel Saliba ta’ Pembroke Athleta wkoll jiġri d-distanza f’56 sekonda punt 08.