Futbol lokali

Balzan ċerti minn kwalifikazzjoni ewropeja għat-tieni sena konsekuttiva

balzan fc

RAPPORT SANDRO MICALLEF

Fadal żewġ logħbiet għal kull team għal tmiem l-istaġun u TVM Sport jista’ jikkonferma li jirbaħ min jirbaħ il-kampjonat u jirbaħ min jirbaħ it-Trohpy se jkunu Valletta, Birkirkara, Hibernians u Balzan li se jkunu qed jikkompetu fil-kompetizzjonijiet tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Uefa Champions League u tal-Uefa Europa League għall-istaġun 2016/17

Dan għaliex tnejn mill-erba’ teams li għadhom biċ-ċans li jirbħ t-Trophy jiġifieri Sliema Wds u Pembroke A irtiraw l-applikazzjoni tal-liċenja jiem biss mid-data tal-għeluq li kienet fil-31 ta’ Marzu. Fost il-kriterji li jevalwa l-Board tal-licenzji tal-MFA hekk bhal ħasijiet lil Clubs, ħlasijiet lill-players u pendenzi possibbli mad-dipartiment tat-Taxxi interni. Jekk Club ifalli waħda minn dawn ma’ tinħariġlux il-liċenzja.

It-Teams li fadal fil-kompetizzjoni FA Trophy li se jilagħbu s-semi finali bejniethom huma: Balzan, Birkirkara, Pembroke u Sliema, u allura huwa ċert issa li bl-eliminazzjoni ta’ Floriana mit-Trophy wara t-telfa kontra Birkirkara se jkunu appuntu Birkirkara, Valletta, Hibernians u Balzan li kkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet tal-UEFA b’din ta’ Balzan se tkun it-tieni kwalifikazzjoni konsekuttiva probabilment fil-UEFA Europa league.

L-aħħar żewġ logħbiet tal-ewwel erba’ teamijiet:

Valletta vs Balzan u Hibernians

Hibernians vs Birkirkara u Valletta

Balzan vs Valletta u Birkirkara

Birkirkara vs Hibernians u Balzan