BoxingSport Lokali

Boxing – Is-Sibt “Night of Champions” b’żewġ titli mondjali f’serata mill-aqwa f’Kordin 

RAPPORT – Rodney Vassallo

Boxing, għada s-Sibt avveniment ieħor mistenni fil-Padiljun ta’ Kordin bl-isem ta’ Night of Champions.

B’kollox se jkun hemm għaxar bouts fosthom tlieta għat-titlu WBU, bl-aktar ġlieda mistennija tkun għat-titlu dinji li fiha se jkun qed jiġġieled il-Boxer Steve Martin.

Din se tkun l-ewwel attivita tal-Boxing f’Malta li matulha se jintrebħu żewġ titli mondjali f’serata waħda.

Għal dan l-avveniment mtella minn Prize Boxing Promotions u l-promotur Demis Tonna, apparti Super Steve, mistennija anke l-bouts li fihom se jiġġieldu Kerstin Brown The Bullet, Christian Schembri Coodos u bout tan-Nisa li fiha se tkun qed tiġġieled Mandy Cortis.