Futbol lokali

Brandon Muscat viċin ferm li jingħaqad b’self ma’ Mqabba mingħand Hibernians

RAPPORT – Rodney Vassallo.. RITRATT – Domnic Borg

Id-difensur laterali internazzjonali ta’ taħt il-21 sena Brandon Muscat ferm viċin li fis-siegħat li ġejjin jingħaqad ma’ Mqabba fl-Ewwel Diviżjoni b’self sal-aħħar tal-istaġun mingħand Hibernians.

Muscat iben wieħed mill-kowċis stabbiliti f’Malta Winston Muscat, beda l-istaġun b’self ma’ Pembroke Athleta iżda kien wieħed minn fost ħafna Maltin li lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet għal xi raġuni jew oħra għażlu li jħallu lil Pembroke Athleta.

Sal-aħħar tal-ġimgħa Brandon Muscat mistenni jkun għad-disposizjoni tal-kowċ ta’ Mqabba Clive Mizzi u t-Team Manager Steve Debono, possibilment jagħmel id-debutt mal-klabb il-ġdid tiegħu nhar il-Ħadd li ġej fil-konfront delikat li Mqabba għandhom kontra Marsa.