Futbol lokali

F’dawn l-24 siegħa għandu jkun konkluż it-tpartit bejn Frank Temile (Sliema W) u Gary Muir (Birkirkara)

frankkk

RAPPORT – Rodney Vassallo

TVMSport jista jikkonferma li fis-siegħat li ġejjin sal-Hamis filgħaxija mistenni jkun konkluż tpartit ieħor għal Birkirkara, din id-darba ma’ Sliema Wanderers.

Kif tħabbar aktar qabel, Sliema Wanderers se jakkwistaw għal kollox mingħand Birkirkara lill-attakkant Frank Temile u dan se jsir bi tpartit mal-Iskoċċiż Gary Muir, li f’dawn is-siegħat mistenni jtemm l-esperjenza Slimiża tiegħu biex jissieħeb ma’ Birkirkara.

Tlieta mill-erba’ partijiet f’dan it-tpartit huma lesti u magħluqin, jiġifieri ż-żewġ klabbs miftehmin, Temile aċċetta li jmur ma’ Sliema, jonqos biss li Gary Muir jaċċetta li jissieħeb ma’ Birkirkara.

Jekk iseħħ dan se jkun it-tieni tpartit li Birkirkara se jkunu nvoluti fih dan ix-xahar wara dak ma’ Valletta bejn Rowen Muscat u l-goalkeeper Henry Bonello.