Futbol lokali

Finali FA Trophy – Floriana – Sliema W, illum fil-5.00pm, diretta fuq TVM2

RAPPORT – Rodney Vassallo

Finali FA Trophy
Floriana – Sliema Wanderers
Is-Sibt fil-5pm – Stadium Nazzjonali
DIRETTA fuq TVM2
Floriana kontra Sliema Wanderers, dwell mistenni bejn dawn iż-żewġ rivali antiki li se jissieltu kontra xulxin fil-Finali tal-FA Trophy qabel ma jinżel is-separju fuq staġun ieħor tal-football lokali.

Il-kowċ ta’ Floriana Giovanni Tedesco għamilha ċara li jekk jitlef din il-finali jirriżenja minnufih għaliex jammetti li jekk jiġri hekk il-miri tal-klabb dan l-istaġun ikunu fallew.

Għal John Buttigieg dan se jkun konfront diffiċli minkejja li l-Wanderers dan l-istaġun fil-kampjonat dejjem għelbu lill-Greens b’mod konvinċenti.

3-1 fl-Ewwel u t-Tieni Round, 3-0 fit-Tielet u l-aħħar round.

Il-goalkeeper Justin Haber determinat li jirbaħ l-ewwel unur tiegħu fil-karriera ma’ Floriana.

Min-naħa tiegħu il-captain ta’ Sliema Wanderers Alex Muscat semma diversi raġunijiet għalfejn hu u sħabu jinsabu motivati li jżommu l-unur li rebħu l-istaġun li għadda.

Għal Floriana din se tkun it-tnejn u tletin finali u qed ifittxu l-għoxrin suċċess tagħhom.

Għall-Wanderers it-tnejn u erbgħin finali tagħhom fl-istorja u qed iffitxu t-tnejn u għoxrin suċċess.

Kien fl-elf disa mija tlieta u disgħin l-aħħar li ż-żewġ rivali ltaqgħu fil-finali tal-FA Trophy lura 24 sena ilu – dakinhar Floriana rebħu d-double wara li fil-finali huma kienu għelbu lill-Wanderers bl-iskor kbir ta’ 5-0.

Floriana kontra Sliema Wanderers – Finali tal-FA Trophy is-Sibt fil-ħamsa ta’ wara nofsinhar DIRETTA fuq TVM2.