Futbol lokali

Fuq Facebook Brandon Paiber jikkonferma l-aħbar li żvela nhar it-Tnejn TVMSport

RAPPORT – Rodney Vassallo

Brandon Paiber jinsab fi triqthu lejn Malta mill-Arġentina u fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook l-Erbgħa wara nofsinhar huwa kkonferma l-aħbar li żvela esklussivament nhar it-Tnejn li għadda TVMSport, li se jkun qed jibda avventura ġdida f’Malta ma’ Ħamrun Spartans.

Kif jindika l-kunjom, Brandon huwa iben l-ex favorit mal-Ħamruniżi Cesar Paiber, li grazzi għar-relazzjoni tajba li d-diriġenza Hamruniża żammet ma’ misseru, fi ftit tas-siegħat oħra huwa jasal Malta biex f’dawn il-jiem jinżel għat-taħriġ għall-ewwel darba mal-kowċ il-ġdid tiegħu Jacques Scerri u possibilment is-Sibt ikun fl-iskwadra Ħamruniża għal-logħba mistennija u mportanti li l-Ispartans għandhom kontra Sliema Wanderers.

Brandon Paiber huwa iben omm Maltija u jekk iħalli mpressjoni tajba jista anke jiġi kkunsidrat għat-Team Nazzjonali Malti.