Futbol lokaliFutsal

Futsal – Luxol jirbħu l-ewwel konfront dirett tal-istaġun

RAPPORT – Stephen Azzopardi.. RITRATT – Joe Borg

Futsal
Din il-ġimgħa ta’ futsal għalqet bl-ewwel konfront dirett tat-timijiet il-kbar fejn Luxol għelbu lil Hamrun Tre Angeli, bl-iskor ta’ 4-0. Ħamrun sofrew l-ewwel gowl minn awtogowl, meta x-xutt ta’ Emil Andrei Raducu ġie devjat fix-xibka minn plejer Ħamruniż. Zvezdan Vukovic irdoppja l-iskor u Emil Andrei Raducu għamilhom 3-0 qabel tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima Carl Azzopardi ssiġġilla r-riżultat għal 4-0.
Aktar kmieni matul din il-ġimgħa, Swieqi United li wkoll qed itellqu fil-quċċata tal-klassifika, għelbu lil Sliema bl-iskor ta’ 11-1. Swieqi ddominaw għal ħinijiet twal fil-partita u l-Bulgaru Boicho Marev kompla jissaħħaħ hekk kif skurja erba’ gowls. Aktar gowls waslu minn doppjetta ta’ Jason Gauci u gowl kull wieħed għal Timothy Gingell, Andre Ciancio, Fredrick Johansson, Christian Wismayer u Redeemer Borg. L-uniku gowl Slimiż wasal minn Paul Bugeja.
F’aktar riżultati Qrendi għelbu lil Tarxien JMI bl-iskor ta’ 9-6. Għal Qrendi kellna tripletta ta’ Craig Pickard, doppjetta ta’ Robert Baldacchino u gowls ta’ David Delicata, Bertram Azzopardi, Godfrey Cutajar u Jeremy Cutajar. Tarxien JMI naqsu l-iskor b’doppjetta ta’ Joseph Meilak u gowls ta’ Michele Bucciano, Lawrence Gheiti, Lawrence Buhagiar u Malcolm Berry.
Qormi għelbu lil Zurrieq Wolves bl-iskor ta’ 7-4 b’tripletta ta’ George Chircop u doppjetti ta’ Andrew Catania u Adrian Fenech. Għal Zurrieq Wolves skurja darbtejn Russell Camilleri u gowl kull wieħed għal Andrew Attard u Peter Paul Cassar.
Skor identiku għat-tim tal-Università li għeleb lil Marsascala Construct Furniture. L-Universitarji ħarġu rebbieħa b’doppjetta ta’ Djordje Masksimovic u gowls ta’ Andrea Farrugia, Martin Caruana, Jean Carl Cuschieri, Gaetano Gesualdi u Paul Scerri. Għall-Iskalin reġa’ kien protagonista Paulo Caetano bi tliet gowls u gowl ta’ Reuben Degabriele.
Mriehel ESS kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi bl-iskor ta’ 13-4. Għal Mriehel ESS spikka l-plejer ta’ esperjenza Eslam Khalifa li skurja xejn anqas minn ħames gowls. Kellna wkoll tripletta ta’ Julian Rodriguez, doppjetti ta’ Fabio Grech u Ryan Buhagiar flimkien mal-gowl ta’ Mark Galea. Min-naħa l-oħra Lydon Baldacchino u Karl Sciortino skurjaw darbtejn għat-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi
Fl-aħħarnett iċ-ċampjins Valletta għelbu lil Safi San Lorenzo bl-iskor ta’ 14-4. Il-Beltin reġa kellhom lil Raphael Felipe Ortiz de Oliveira fl-aqwa tiegħu meta skurja sitt gowls. Aktar gowls waslu mill-captain Xavier Saliba li skurja erba’ darbiet, Denis Di Maio tliet darbiet u gowl ta’ Dylan Musu. Safi San Lorenzo naqsu l-iskor permezz ta’ Clive Calleja, Franklin Seisun, Sean Vella u Terence Cachia.
Matul il-ġimgħa d-dieħla jkollna programm sħiħ ta’ logħbiet fejn jispikka l-konfront bejn Valletta u Hamrun Tre Angeli.
9/1/17
Zurrieq Wolves vs Sliema (8:00pm)
Msida vs Qrendi (9:15pm)
10/1/17
Tarxien JMI vs UOM (9:15pm)
12/1/17
Valletta vs Hamrun Tre Angeli (8:00pm)
Marsascala Construct Furniture vs Safi San Lorenzo (9:15pm)
13/1/17
Luxol vs Mriehel ESS (8:00pm)
Qormi vs Swieqi U21 (9:15pm)