Futbol lokali

Hamrun S jikkonfermaw li Jake Grech mhux se jiċċaqlaq.. interess qawwi fil-Belti Llewelyn Cremona

RAPPORT – Rodney Vassallo.. RITRATT- Domnic Borg

Sorsi viċin il-klabb ta’ Ħamrun Spartans u li tkellmu ma’ TVMSport reġgħu ikkonfermaw li l-istilla u captain tat-team iż-żagħżugħ Jake Grech bl-ebda mod mhu se jħalli l-klabb biex jingħaqad ma’ klabb ieħor Malti.

L-istess sorsi qalulna hekk – “Jake jitlaq minn hawn biss jekk tiġi offerta tajba MINN BARRA L-PAJJIŻ u li tkun win win situation kemm ghalih personali u anke għall-klabb Ħamruniż”.

Dan fid-dawl tal-fatt li klabb Malti u possibilment anke iktar minn wieħed, fl-aħħar siegħat reġgħu urew l-interess li jakkwistaw lil dan il-ġojjel li għandu bħalissa l-football Malti.

Sadanittant l-istess sorsi viċin ferm il-klabb ta’ Ħamrun Spartans ikkonfermaw magħna li f’dawn is-siegħat mistennija ssir talba uffiċjali lil Valletta għall-akkwist tal-midfielder żagħżugħ Llewelyn Cremona.

Player ieħor, bħal Jake Grech, b’futur mill-aqwa fil-football Malti, li kellu bidu qawwi dan l-istaġun maċ-Champions, madankollu l-ispazju tiegħu fit-team Belti dejjem qed isir aktar limitat bl-akkwist riċenti ta’ Rowen Muscat u r-ritorn ftit tal-ġimgħat oħra wara injury ta’ Roderick Briffa.

Wieħed irid jara x’se tkun ir-risposta ta’ Valletta appena f’dawn is-siegħat tidħol it-talba uffiċjali tal-Ispartans għal Llewelyn Cremona.