Futbol internazzjonaliFutbol lokali

Hibernians iżommu draw lil Fortuna Dusseldorf

hibs

PARTITA TA’ ĦBIBERIJA 

HIBERNIANS ……………………1

FORTUNA DUSSELDORF……1

Hiberbians friski mill-aħħar rebħa tagħhom fil-kampjonat b’rebħa fuq Valletta irnexxielhom jakkwistaw riżultat pożittiv meta it-Tlieta filgħaxija ġew draw ta’ 1-1 kontra Fortuna Dusseldorf f’logħba li ż-żewġ coaches rispettivi kellhom l-opportunita’ li jippruvaw diversi players speċjalment fit-tieni taqsima.

Kienu l-Ġermaniżi li fetħu l-iskor fil-25 minuta meta Rouwen Hennings b’daqqa ta’ ras għeleb lil Andrew Hogg li beda fil-lasti ta’ Hiberbians. Il-Pawlisti mill-ewwel ġabu d-draw meta fis-27 minuta Joseph Mbong kellu x-xutt tiegħu fuq il-ġirja devjat għal ġewwa għad-draw ta’ 1-1.

Fit-tieni taqsima diversi okażjonijiet ta’ skor għaż-żewġ naħat finalment il-logħba tintemm fi draw.