Sport Lokali

Karate: Sitt midalji tad-deheb fil-Lussemburgu

It-Team Nazzjonali Malti tal-Karate kiseb suċċess fil-logħob tal-Pajjiżi ż-żgħar tal-Karate li saru għall-ewwel darba fil-Lussemburgu.

Is-seba atleti Maltin rebħu b’kollox 14 -il midalja, sitta tad-deheb, erba’ fidda u erba’ bronz.

Is-seba’ atleti li ħadu sehem kienu Keelan Azzoppardi, Joe Farrugia, Sarah Galea, Luke Galea, Emma Grech, Tyler Tanti u Alex Horvath. Huma ħadu sehem fil-Kata u fil-Kumite.