MotorsportSport Lokali

Kwart ta’ Mil – Rekord Nazzjonali għall-Isportiv tas-sena 2016 Duncan Micallef

RAPPORT – Rodney Vassallo.. RITRATT – Ruth Galea

Motorsport

Fl-ewwel rawnd tal-Kampjonat tal-Kwart ta’ Mil fuq it-Track tad-Drag Racing f’Hal Far, fuq Fuel Dragster l-Isportiv tas-Sena elfejn u Sittax Duncan Micallef kiser ir-Rekord Nazzjonali tat-Trakka meta saq l-elf pied f’erba sekondi punt żero tlieta …. b’veloċita massima ta’ ftit anqas minn tliet mija u erba’ mili fis-siegħa.

Għal Duncan Micallef dan kien test tajjeb qabel jieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing.

Sadanittant il-mutur preparat minn Simon Giordmaina u misjuq minn Franklyn Borg kiser rekord ieħor għal Malta fis-Super Street f’ħin ta’ sitt sekondi punt disgħa disgħa.

Anke ż-żagħżugħ ta’ tmintax-il sena Luke Mizzi saq Dragster għall-ewwel darba u għamel ħin rekord ukoll ta’ sitt sekondi punt disgħa disgħa.

Rekord Nazzjonali ukoll minn Garry Camilleri fuq l-Escort tiegħu b’magna Rotary.

Fost in-Nisa Chantelle Zammit ukoll kisret ir-rekord personali tagħha meta fuq karozza Escort għamlet il-Kwart ta’ Mil f’ħin tajjeb ħafna ta’ għaxar sekondi punt disgħa.