Futbol internazzjonali

Messi u Suarez: Ir-ritratt li qed idur id-dinja

L-aktar ritratt b’saħħtu bħalissa fis-siti soċjali u l-media sportiva fid-dinja hu bla dubju dak li qed jidher ma’ din l-istorja. Iż-żewġ ġganti ta’ Barcellona u tal-futbol mondjali, Lionell Messi u Luis Suarez, f’mument rilassanti waqt li qed isegwu t-taħriġ tat-tfal tagħhom fit-training camps tal-klabb Katalan.

Ir-ritratt jagħti tagħlima lil ħafna persuni li jsegwu lit-tfal ċkejkna tagħhom waqt xi sessjoni ta’ taħriġ jew partita futbol li f’età daqshekk tenera, li l-importanti għat-tfal hu li jieħdu pjaċir u jsiru jħobbu dejjem aktar l-isport u l-futbol.

Ir-ritratt iwassal messaġġ b’saħħtu; la Messi u Suarez ma nterferewx fis-sessjoni tal-kowċ, u ntefgħu rilassati jiggustawhom jilagħbu l-futbol, kapaċi jagħmel l-istess kulħadd.