Futbol lokali

Pembroke Athleta jneħħu ħabta u sabta tlieta mill-barranin tagħhom

RAPPORT – Rodney Vassallo

L-Erbgħa filgħaxija Pembroka Athleta ħadu deċiżjoni iebsa iżda kurraġjuża li jagħtu r-release lil tlieta mill-barranin tagħhom – Borche Manevski, Jhonathan Bernardo Mariano u Oleksandr Maksymov.

Propju ftit qabel it-tmienja ta’ filgħaxija eżatt wara s-sessjoni ta’ taħriġ, membri mid-diriġenza kienu qed jistennew lil dawn it-tliet barranin biex jgħidulhom li minn għada l-Ħamis ma jinżlux aktar għat-taħriġ mal-kumplament ta’ sħabhom u li m’għadhomx aktar fil-pjanijiet tal-klabb.

Id-deċiżjoni li Pembroke ineħħu ħabta u sabta lil Borche Manevski, Jhonathan Bernardo Mariano u Oleksandr Maksymov ma kinitx fuq dixxiplina, iżda deċiżjoni kollha kemm hi teknika.