Futbol internazzjonali

Pochettino jiddeskrievi lil Kane bħala wieħed mill-aqwa attakkanti fid-dinja

Harry Kane, l-attakkant ta’ Tottenham Hotspur, kien deskritt minn Mauricio Pochettino, il-manager tiegħu stess, bħala fost l-aqwa attakkanti fid-dinja.

“Kane plejer speċjali għalina u jħobb ħafna lill-klabb. Il-plejers li rridu nżommu se jibqgħu magħna għall-istaġun li ġej. Jekk xi plejers se jitilqu għax ikunu ddeċidew Tottenham stess,” qal Pochettino.

Kane għandu 23 sena u fil-partita tal-bieraħ kontra Leicester City irnexxielhu jiskurja erba’ gowls fir-rebħa ta’ 6-1 li kisbu Tottenham Hotspurs fil-King Power Stadium.

B’dawn l-erba’ gowls, Kane tela’ fl-ewwel post tal-klassifika tal-goalscorers tal-Premiership f’dan l-istaġun, qabel Lukaku u Alexis Sanchez.

Kane spiċċa top scorer b’25 gowl fl-istaġun li għadda u bl-erba’ gowls skurjati lbieraħ, f’dan il-kampjonat għandu 26 gowl meta fadal partita waħda għat-tmiem.