Futbol internazzjonali

Riyad Mahrez magħżul bħala l-player Afrikan tas-sena

mahrez

Riyad Mahrez ġie magħżul bħala l-player Afrikan tas-sena.

Mahrez li l-istaġun li għadda kien strumentali għal Leicester għar-rebħ tal-premier league Ingliż ġab 361 vot biex għeleb l-isfida ta’ Pierre-Emerick Aubameyang ta’ Borussia Dortmund u Sadio Mane ta’ Liverpool: li ġew it-tieni u t-tielet bi 313 u 186 vot.

Fil-konkors organizzat kull sena mill-federazzjoni tal-football Afrikana jivvutaw il-coaches tat-timijiet nazzjonali Afrikani kollha, diretturi tekniċi, u anke ġurnalisti.