Waterpolo

San Ġiljan fil-finali tal-Kompetizzjoni KO wara li eliminaw lil Neptunes

SEMI FINALI  KO PREMIER 2017

San Ġiljan TUM Invest…………11

Neptunes Leo Vegas …………….4

San Ġiljan jibqgħu jittamaw li dan is-Sajf jirbħu d-double hekk kif is-Sibt filgħaxija huma rebħu 11-4 kontra Neptunes fl-ewwel semi finali tal-kompetizzjoni KO 2017 tal-Premier.

Sessjonijiet San Ġiljan l-ewwel kienu 3-1, 3-1, 4-1 u 1-1. L-aħjar skorer għal San Ġiljan kien Aleksandar Ivovic li skorja 5 goals filwaqt li Neptunes skorjaw goal kull wieħed għalihom Romain Blary, Stevie Camilleri, Jordan Camilleri u Miguel Zammit.