Futbol lokali

Sitt players tal-Premier (fosthom 2 minħabba l-formola tal-eżami mediku) sospiżi partita waħda

Erba’ players mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita waħda mill-Kummisarju tad-Dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Dawn huma Bjorn Kristensen ta’ Hibernians, Jorge Neto ta’ Ħamrun Spartans, Miguel Attard ta’ Pembroke Athleta u Che Bong Won player ta’ St.Andrews.

Sadanittant iż-żagħżugħ ta’ Sliema Wanderers Kurt Shaw u l-attakkant ġdid mill-Litwanja ta’ Valletta Tomas Radzinevicius ukoll ġew sospiżi partita waħda kull wieħed, wara li l-klabbs rispettivi tagħhom naqsu li jdaħħlu fil-ħin il-formola tal-eżami mediku.