Sport Lokali

Suċċess ieħor enormi għal Karate Malti lil hinn minn xtutna

Karate

Waslu lura Malta l-Ħadd wara nofsinhar it-tlieta u għoxrin atleta mill-Federazzjoni Maltija tal-Karate wara li bejniethom rebħu xejn inqas minn erbgħa u għoxrin medalja, sebgħa deheb, tmienja fidda, u disgħa bronz waqt il-Polish Open Karate Championships li sar fi Krakovja, l-Polonja.

F’din il-kompetizzjoni b’kollox ħadu sehem madwar ħames mitt atleta minn sittax-il pajjiż differenti, fosthom il-Ġappun, l-Italja, l-Ingilterra, l-Ġermanja u r-Russja.

L-atleti Maltin kienu akkumpanjati fil-Polonja mill-kowċis sensei Joe Tanti u sensei James Galea, sensei Anthony Zammit bħala referi, waqt li l-Kap tad-Delegazzjoni Maltija kienet Michelle Vella.

Malta rebħet dan il-kampjonat meta spiċċat l-ewwel fil-klassifika tal-medalja, minn total ta’ sbatax-il pajjiż.