Futbol lokali

UEFA CL: Hibernians kontra FCI Tallinn fl-Ewwel Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni

Hibernians FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilgħabu kontra FCI Tallinn tal-Estonja, fl-Ewwel Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League għall-istaġun 2017/18.

Hibernians jilgħabu l-ewwel partita l-Erbgħa 28 ta’ Ġunju fil-Hibernians Stadium, f’Kordin.

Min jikkwalifika bejn Hibernians u FCI Tallinn jilgħab kontra SZ Salzburg tal-Awstrija.

Il-poloz ittellgħu f’12.00pm, fil-kwartieri tal-UEFA, f’Nyon, l-Isvizzera.