Futbol internazzjonali

UEFA EL: Floriana f’polza kontra Red Star Belgrade

Illum wara nofsinhar, ittellgħu l-poloz tal-kompetizzjoni UEFA Europa Leageu. Dawn il-poloz ittellgħu wara dawk tal-UEFA Champions League.

L-aktar polza iebsa u attrajenti ġiet bla dubju lil Floriana, rebbieħa tal-FA Trophy tal-istaġun li għadda. Huma ttellgħu biex jilgħabu kontra Red Star Belgrade tas-Serbja. Din se tkun it-tieni sena wara l-oħra li t-tim Serb jiġi f’Malta wara li fl-istaġun li għadda rajnihom f’pajjiżna f’polza kontra Valletta.

Valletta FC għandhom ċans tajjeb li jikkwalifikaw għat-Tieni Rawnd hekk kif ġiethom polza kontra Folgore ta’ San Marino.

Balzan ittellgħu biex jilagħbu kontra Videoton tal-Ungerija.

Il-partiti jintlagħbu fid-29 ta’ Ġunju, l-ewwel rawnd, u s-6 ta’ Lulju, it-tieni rawnd.