Futbol lokali

UEL: Riżultat kiefer ma’ Balzan kontra Neftci

balzan fc

UEFA Europa League 2016/17

L-Ewwel Rd ta’ kwalifikazzjoni. Leg 1

Balzan……………..0

Neftci Baku……..2

Balzan kienu ferm sfortunati li ingħataw penalty kontrihom fl-aħħar ħinijiet meta l-logħba kienet tidher li kieent riesqa lejn skor finali ta’ 1-0 iżda t-2-0 finali huwa riżultat li jagħmilha ferm diffiċli sabiex Balzan idawruħ il-ġimgħa d-dieħela fl-Ażerbajġan fit-tieni leg tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni.

Neftchi fetħu l-iskor fl-14 -il minuta permezz ta’ freekick dirett ta’ Hajiyev bi żball u responsabilita’ kbira tal-goalkeeper  ta’ Balzan, Ivan Janjusevic. Neftci  komplew jattakkaw u fid-39 minuta, Melnjak, f’pożizzjoni ferm tajba minn taħt il-lasti avversarji żbalja u xxuttja fejn distanti.

Balzan dehru aħjar fit-tieni żiedu r-ritmu tal-logħob u kellhom diversi ċansijiet ta’ skor permezz ta’ Effiong u Kaljevic rispettivament.

L-akbar ċans ta’ skor għal Balzan wasal fil-71 minuta meta Bojan Kaljevic irnexxielu jgħaddi tajjeb iżda l-ballun ma kienx preċiż.

Fit-83 minuta, Neftci ingħħataw penalty mir-referee mill-Montenegro fuq irregolarita’ li qatt ma kien hemm, meta difensur ta’ Balzan kellu kuntatt ma’ Elshan Abdullyev fil-kaxxa. Mill-11 -il metru Gurbanov għamilhom 2-0.

RefereeJovan Kaludjerovic (Montenegro) Attendenza ta’ 357.