Futbol internazzjonali

Wenger: “Il-futur tiegħi ma’ Arsenal se jiddependi ħafna mill-finali tal-FA Cup”

Arsene Wenger, il-manager ta’ Arsenal, qal li l-futur tiegħu mal-Gunners se jiddependi ħafna mill-finali tal-FA Cup li t-tim tiegħu jrid jilgħab kontra ċ-champions Ingliżi Chelsea, is-Sibt 27 ta’ Mejju.

Il-kowċ Franċiż qal li wara l-finali hemm laqgħa bejn il-Bord tad-Diretturi ta’ Arsenal u fih se jiddeċiedu jekk iżommuhx fil-kariga jew le. Madankollu, Wenger qal kemm għalih u kemm għal Bord, ħafna se jkun qed jiddependi mir-riżultat ta’ din il-finali.

“Għadni ma nafx eżatt x’se jiġri. Hemm ħafna aspetti x’jiġu diskussi. Waħda minnhom hi l-futur tiegħi, imbagħad il-plejers li se jitilqu u l-oħrajn li jiġu u l-kuntratti l-ġodda. L-aktar importanti li nirbħu din il-partita imbagħad x’se jiġri minnhi niddeċiedu wara,” qal Wenger.

Il-kuntratt ta’ Wenger jintemm ma’ tmiem il-finali tal-FA Cup.

“Irrid li l-plejers kollha jagħtu l-mija fil-mija f’din l-aħħar partita tal-istaġun. Irridu nibqgħu nagħmlu xogħlna sal-aħħar. Aħna professjonali. Bħalissa għaddejjin minn fażi tajba u kull ma nistgħu nagħmlu hu li nagħtu l-mija fil-mija tagħna,” temm Wenger.