Futbol lokali

Żewġt aħwa Griegi jaslu Malta biex jiffirmaw ma’ Pembroke Athleta

13394008_10209262522495629_8261854412460959891_n

RAPPORT – Rodney Vassallo

TVMSport jista jiżvela li t-team tal-qiegħ fil-Kampjonat Premier Pembroke Athleta f’dawn is-siegħat qed idaħħlu r-registration ta’ żewġt aħwa Griegi, l-goalkeeper Argyris Roppas li għandu 28 sena, u l-midfielder jew punt ta’ riferiment quddiem id-difiża, Iraklis Roppas, li għandu 33 sena u li kien jilgħab mal-klabb ta’ Vyzas Megara.
Dawn iż-żewġt aħwa waslu Malta u se jibdew avventura ġdida ma’ Pembroke Athleta grazzi ukoll għall-kuntatti tajbin li għandu fil-football Grieg il-kowċ mill-Maċedonja ta’ Pembroke, Artim Shaqiri.