Lokali

Id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja fl-2014

St Joseph School

Il-Kurja qalet li għas-sena d-dieħla hemm 1733 post għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja. Fi stqarrija intqal li l-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja.

Għal din is-sena biss ser isir ukoll dħul ta’ subien fit-tielet sena u s-sitt sena primarja.

L-applikazzjonijiet se jsiru f’diversi skejjel tal-Knisja bejn dan ix-xahar sa Frar li ġej.

Aktar dettalji jistgħu jinkisbu permezz ta’ dan id-dokument pdf hawn taħt:

DHUL SKEJJEL TAL-KNISJA MLT

Share this Story