Lokali

Xarabank bis-sinjali

XARABANK

Għal sena oħra, il-programm popolari Xarabank qed jerġa jasal għand it-telespettaturi permezz ta’ Television Malta. Dan il-programm li leħaq l-għola udjenzi f’kull stħarriħ ta’ l-Awtorita tax-Xandir, issa qed jaqdi obbligu soċjali ieħor – dak li jipprovdi traduzzjoni permess tal-lingwa tas-sinjali.

Min ikun irid isegwi dan il-programm u juza l-lingwa tas-sinjali jista’ jagħmel dan fuq www.tvm.co.mt imur fuq il-paġna tat-TV u, isfel jagħfas fuq l-ikona TVM2 Live streaming.

TVM huwa kburi li jista’ joffri dan is-servizz lill-kommunita.

Share this Story