Watch Now
Latest Episode
19/10/2014 
Watch Now
1 days left

Fil-programm li jmiss:-
Wara l-waqfa għall-impenn doppju tat-team Nazzjonali Malti fi Grupp H ta' kwalifikazzjoni għal-EURO 2016, jirritorna l-kampjonat BOV Premier u allura jirritorna l-program Kontrattakk fuq TVM2.
Sandro Micallef din il-ġimgħa flimkien mal-mistieden residenti Saviour Darmanin se jkunu qed janlizzaw id-debutt ta' tliet kowċis fil-kampjonat dan l-istaġun Jesmond Zerafa ma' Naxxar Lions, Stephen Azzopardi ma' Sliema Wanderers u Ivan Zammit kowċ ġdid fl ħdan l-istaff tekniku ta' Valletta FC li se jkun qiegħed jgħin lil Gilbert Agius.
Il-Program se jkun qed janalizza wkoll il-partitissima ta' tmiem il-ġimgħa bejn Valetta u Birkirkara. U b'referenza għal dawn iż-żewġ Clubs it-team ta' produzzjoni ta' Kontrattakk ħejja servizz dwar il-problema ta' nuqqasijiet ta' faċilitajiet ta' taħriġ li għandhom dawn iż-żewġ Clubs tal-futbol Maltin fejn dawn bħalissa qed jittrenjaw fil-Fgura u fl-Imġarr rispettivament.
Kontrattakk jixxandar dirett fuq TVM2 kull nhar ta' Ħadd fid-9pm.
----------------------------------------------------------------------------
Il-Program dwar il-futbol lokali Kontrattakk se jkun qed jerġa' jirritorna fuq TVM2 kull nhar ta' Ħadd filgħaxija fid-9pm fuq TVM2. Bi preżentazzjoni għal darb'oħra ta' Sandro Micallef il-programm se jkun qed iwassal lid-dilettanti tal-futbol lokali dak kollu li se jkun qed iseħħ fil-kampjonati tal-MFA mill-Premier sat-Tielet Diviżjoni. Referenza partikolari matul is-sensiela ta' din is-sena se jingħata lill-futbol tan-Nisa, l-Futsal u anke l-kampjonati tal-Youths. Kontrattakk se jkun qed iżomm l-appuntament tiegħu ukoll max-xena tal-futbol internazzjonali fejn kull nhar ta' Ħadd se jkun qiegħed jingħata spazja lill-futbol internazzjonai b'ħarsa dettaljata tal-logħba mis-Serie A li tkun għada kemm spiċċat kif ukoll analaiżi tal-Kampjonat Barclays Premier League, Bundesliga, Liga Spanjola u oħrajn. Din il-parti se tkun ikkordinata mill-ġurnalist veteran u ta' esperjenza fix-xenta tal-futbol internazzjonali Daniel Buhagiar. Fit-team tal-produzzjoni din is-sena se jingħaqad Chris Falzon bħala assistent tal-produzzjoni li hu wieħed mil-ġurnalisti tat-team vast ta' TVM Sport li kollha jagħtu l-kontribut tagħhom għall-program. Il-Produzzjoni eżekuttiva ta' Kontrattakk hi ta' Peter Cossai. Kontrattakk jixxandar il-Ħadd fid-9pm fuq TVM2.