Watch Now
Latest Episode
20/10/2014 
Watch Now
3 days left

Id-dilemma dejjem tibqa’, imma vera jew le? Nemmen jew ma nemminx? Ħafna minn dawn il-mistoqsijiet jgħaddu minn moħħ ħafna nies li esperjenzaw xi storja stramba u misterjuża, jew aħjar paranormali. Fl-istaġun li għadda Rajt ma Rajtx ġabar ħafna minn dawn l-istejjer reali, u ġew irrakkuntati minn ħafna nies differenti li ġejjin minn kull klassi tas-soċjeta’. Dwar dan is-suġġett kulħadd għandu l-ideat tiegħu; pero kulħadd ħass xi degħxa ta’ bard waqt li qed jara l-programm xi ħin jew ieħor. Dawn l-istejjer rakkuntati min-nies li kellhom xi esperjenza, ġew ikkuluriti permezz ta’ filmati li taw il-ħajja r-rakkonti ta’ dawn in-nies.
 
In-nies bi ħġarhom fittxew lit-tim tal-produzzjoni biex b’entużjażmu jirrakontaw l-esperjenzi tagħhom. Ix-xettiċi, hemm mnejn iħarsu lejn dan il-programm bħala frott ta’ l-immaġinazzjoni tad-djufija tal-bniedem iżda xorta waħda jistqarru li l-kurżita’ u l-interess lejn l-istejjer ta’ Rajt ma Rajtx ma tonqosx. Dawk li jistqarru li jemmnu bil-fidi jew b’esperjenza personali isegwu b’interess naturali u jieħdu l-programm bħala konferma li tassew m’aħniex waħedna.
Rajt ma Rajtx jibda jintwera minn Ottubru kull nhar ta’ Tnejn fid-8:40pm fuq TVM.