Watch Now
Latest Episode
17/10/2014 
Watch Now
2 days left

Xarabank huwa l-aktar programm ta' diskussjoni u divertiment segwit f'Malta. Għal dawn l-aħħar 17-il sena f'Xarabank ġew intervistati diversi persuni famużi, fosthom l-Astronawta Harrison Schmitt, Jackie Nink Pflug, il-mara li salvat il-ħtif tal-ajruplan tal-Egypt Air, Latif Yahia, id-'double' ta' Uday Hussein, wieħed mill-gwardji personali ta' Gaddafi u Georg Ratzinger, ħu l-Papa Emeritu Benedittu XVI, fost l-oħrajn. F'dawn l-aħħar snin, Xarabank irnexxielu jiġbor eluf ta' ewro għal ħafna għaqdiet ta' karità u huwa l-uniku programm li fih tista' tiġi fis-sala u tesprimi l-opinjoni tiegħek, irrelevanti mir-razza, twemmin, lingwa, jew reliġjon tiegħek. Nilqgħuk abbord dan il-vjaġġ!