Barranin
L-ishma Ewropej tbaxxew bl-investituri jistennew aktar stimulu mill-Istati Uniti biex din tillimita l-ħsara mill-pandemija

Muniti

Id-dollaru żdied mill-anqas rata tiegħu f’sentejn hekk kif naqset il-pressjoni ta’ bejgħ qabel il-laqgħa tal-Federal Reserve u hekk kif it-tilwim politiku dwar il-pakkett ta’ rkupru li jmiss fl-Istati uniti jidher li riesaq lejn it-tmiem.

L-ewro rtira kontra l-Isterlina, il-Frank Żvizzeru u l-yen b’madwar 0.5% waqt li żdied kontra d-dollaru Kanadiż. Għalkemm tbaxxa, l-ewro jidher li qed jikkonsolida ruħu, hekk kif qed joqrob tmiem ix-xahar u l-investituri jlestu biex jagħlqu l-pożizzjonijiet tagħhom qabel tmiem ix-xahar.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew għax l-investituri qed jistennew aktar stimulu mill-Istati Uniti biex din tillimita l-ħsara mill-pandemija, waqt li jistudjaw l-aħħar sensiela ta’ rapporti finanzjarji ma tantx tajba ta’ kull tliet xhur minn kumpaniji ta’ prodotti lussużi.

Anke jekk għada mhux mistenni li jkun l-aħjar mument għall-approċċ lejn politika monetarja espansjonarja, il-Federal Reserve bla dubju jidher li lest għal aktar illaxkar fil-politika monetarja.

L-ishma tal-kumpanija ġgant ta’ prodotti ta’ lussu LVMH tilfu 5.0% hekk kif l-għeluq tal-ħwienet minħabba l pandemija naqqsu l-bejgħ fit-tieni kwart tas-sena anke jekk il-kumpanija qalet li l-bejgħ reġa’ qabad ir-ritmu f’Ġunju u tjieb speċjalment fiċ-Ċina.

Id-Dow Jones tilef 0.7% u dan jikkonferma it-ton negattiv mill-għeluq tan-negozju fil-Borża tal-Ġappun u n-negozju fl-Ewropa. Il-FTSE 100 Żamm ftit il fuq miż-żona newtrali u baqa’ pożittiv.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Mapfre Middle Sea u l-Malita Investments kellhom sessjoni pożittiv bil-Mapfre jiżdiedu qrib is-7% u l-Malita bi 2.2%. Il-Bank of Valletta u l-GO kienu negozjati bla movement waqt li l-BMIT u l-HSBC Bank Malta tilfu 1.23% u 2.11% rispettivament.

Bonds

Kien jum attiv illum fil-bonds fejn l-parti l-kbira kienu f’territorju pożittiv. Is-Central Business Centres kellhom l-akbar żieda ta’ 3.52%. Il-Hal Mann Vella Group avvanzaw qrib it-3%, l-iStivala Group Finance l-SD Finance u l-Merkanti Holdings kollha żdiedu bejn 1% u 2%. L-International Hotel Investments 2024 u 2025 tilfu qrib it-2%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum, bit-tħassib dwar id-domanda minħabba żieda fil-każi tal-coronavirus madwar id-dinja jimmina s-sostenn minn tamiet ta’ miżuri ta’ stimulu ekonomiku addizzjonali mill-Istati Uniti. Il-prezzijiet bil-quddiem tad-deheb għal ftit missew il-livell ta’ $2,000 għall-ewwel darba iżda mbagħad tilfu l-momentum hekk kif issaħħaħ id-dollaru wara bejgħ qawwi. Il-fidda tilfet 3%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.30 u żammet maż-żidiet riċenti minħabba d-djufija tad-dollaru, li ibbilanċjaw sewwa l-impatt ta’ tnaqqis rekord fil-produzzjoni ekonomika fir-Renju Unit.  L-Isterlina kompliet timxi ‘il quddiem…

Barranin

Muniti L-ewro llum żdied wara li s-sentiment tal-investitur fil-Ġermanja tjieb aktar milli mistenni matul Awwissu. L-istħarrig mill-Istitut ZEW dwar is-sentiment ekonomiku tela għal 71.5 minn 59.3 tax-xahar ta’ qabel, ferm…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta kul nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Tnaqqis ta’ 10% fil-valur tad-dollaru Amerikan minn Marzu xpruna r-ritorn għall-investituri barranin fl-akbar suq tal-bonds tal-gvern…

Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Aktar