Lokali
Aktar minn €3.5m f’investiment li jżewweġ l-ikel u l-inbid mal-arti

Sitt snin mill-inawgurazzjoni ta’ Vini e Capricci, il-kumpanija kompliet tikber u tiżviluppa f’dik li llum hija meqjusa bħala destinazzjoni kulinarja Għawdxija fejn l-ikel bnin, l-inbid u l-arti jiżżewġu.

Il-kumpanija temmen fit-tjubija tal-ikel lokali ġenwin u għalhekk flimkien ma’ prodotti oħrajn mhux lokali, dawn jiġu sfruttat biex tinħoloq esperjenza kulinarja unika.

Fil-11 ta’ Mejju, il-kumpanija kompliet tikber hekk kif inawgurat investiment ġdid ta’ ‘l fuq minn €3.5 miljun fejn illum il-ġurnata, minn 11-il persuna qed tħaddem 50.

Waqt l-inawguazzjoni, sid il-kumpanija, Abraham Said irringrazzja l-entitajiet pubbliċi li emmnu fil-proġett, il-Ministeru għal Għawdex, l-Awtorità tat-Turiżmu, il-Malta Enterprise u Is-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura u s-Sajd.

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat u Ministri fost oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

AX The Palace, il-lukanda ta’ 5 stilel f’Tas-Sliema, kienet ivvutata bħala l-aqwa lukanda għan-negozju f’Malta għall-2019 waqt is-26 World Travel Awards annwali li saru dan l-aħħar f’Madeira fil-Portugall. AX The…

Lokali

Ix-Xara Palace, li tifforma parti mill-għaqda Relais & Chateaux, hija l-unika boutique hotel li tinsab fil-Belt Medjevali tal-Imdina u jista’ jingħad li kienet l-ewwel lukanda tax-xorti tagħha fuq din il-gżira….

Barranin

Muniti L-isterlina llum estendiet it-telf tal-aħħar sitt ġimgħat, għalkemm f’xi ħin kienet qed tiġi nnegozjata għal 0.8926 kull ewro jew 0.25% inqas. It-tħassib kiber li r-Renju Unit riesaq lejn tluq…

Aktar