Barranin, Lokali
Andament pożittiv fis-suq tal-ishma lokali

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro illum tbaxxa kif l-bonds tal-gvernijiet madwar iż-żona tal-ewro tilfu ż-żidiet tal-bidu wara li sorsi qrib il-Bank Ċentrali taż-Żona tal-Ewro qalu lil Reuters li s-swieq finanzjarji taw interpretazzjoni wiesgħa tal-kummenti tal-President tal-Bank Ċentrali, Mario Draghi.

L-isterlina tbaxxiet għall-anqas rata kontra l-ewro, minħabba it-tisħiħ mill-ġdid tal-munita unika wara li Draghi ta ħjiel li żmien l-istimulu monetarju dalwaqt jagħlaq.

Indiċi

L-istokks Ewropej kisbu lura xi telf wara li kummenti minn uffiċjali tal-Ewrosistema battew l-ispekulazzjoni dwar id-diskors ta’ Draghi.

Il-Commerzbank AG żdied b’1.8% waqt li l-indiċi ewlieni Ġermaniż tbaxxa. L-ishma tal-bank telgħu għal €10.12, l-ogħla f’mill-anqas sena minn €9.94. Il-volum tan-negozju kien 1.8 aktar mill-medja fuq 30 jum ta’ 3.73 miljun għal dan il-ħin tal-ġurnata.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma lokali kien pożittiv. It-Tigne Mall żdiedu b’1.00%; l-RS2 Software b’0.59%; il-Malta International Airport b’0.49%; il-PG b’0.49% u l-HSBC Bank Malta b’0.24%. Iżda l-GO tilfu 0.26%.

Bonds

Is-suq tal-bonds lokali kien imħallat. Il-Mediterranean Investments Holdings 2021 telgħu b’0.5%; il-Von Heyden Group Finance 2024 tilfu 0.01% u l-PTL Holdings 2024 tilfu 0.34%.

Indikaturi Ekonomiċi

L-applikazzjoni għal self għax-xiri ta’ djar fl-Istati Uniti kellhom l-akbar tnaqqis f’ġimgħa f’sitt xhur matul il-ġimgħa li għaddiet anki jekk l-ispejjeż tas-self baqgħu stabbli.

Il-Mortgage Bankers Association qalet li l-kejl tagħha għal self għax-xiri ta’ djar u finanzjament mill-ġdid waqa’ għal 417.4 fil-ġimgħa li ntemmet nhar it-23 ta Ġunju, waqt ta’ 6.2% mill-ġimgħa ta’ qabel.

Din kienet l-akbar waqgħa fl-indiċi minn waqgħa ta’ 12.1% fil-ġimgħa tat-23 ta’ Diċembru 2016.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt resaq lejn is-$47 kull barmil wara li rapport dwar l-industirja qal li l-inventarji tal-Istati Uniti żdiedu, u dan reġa’ qajjem tħassib li l-provvista żejda li ilha tliet snin għadha ma spiċċatx.

Il-prezzijiet tad-deheb għolew wara li d-dollaru ddgħajjef u l-istokks waqgħu wara d-dewmien fl-abbozz dwar is-saħħa kabbar id-dubji dwar il-kapaċità tal-President Trump li jgħaddu l-miżuri tiegħu għal stimulu ekonomiku.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro rkupra mill-inqas rata kontra l-yen negozjata llum fl-Asja, bl-investituri jwarrbu min-nofs ir-riskji politiċi tan-nuqqas tal-Kanċillier Angela Merkel li tifforma koalizzjoni bejn tliet partiti. L-isterlina żdiedet nofs…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro żdied b’nofs fil-mija kontra d-dollaru llum u riesaq lejn l-akbar żieda f’ġurnata f’xahar hekk kif l-investituri reġgħu bdew jixtru assi riskjużi fl-Ewropa għax qed jistennew li…

Barranin

Group: Revenue up 6% to AED 49.4 billion (US$ 13.5 billion), and profit of AED 2.3 billion (US$ 631 million), up 77%. Results due to capacity optimisation and efficiency initiatives,…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata kontra il-yen dan ix-xahar, taħt pressjoni ta’ xniegħat ta’ dewmien possibbli fir-riformi fiskali tal-President Trump kif ukoll minħabba nuqqas ta’ riskju. L-isterlina…

Aktar