Barranin
Ansjetà fid-dinja finanzjarja dwar il-ħsara ekonomika li qed tikkawża l-Coronavirus

Muniti

It-tħabbira ta’ aktar miżuri ta’ illaxkar monetarju mill-Federal Reserve serviet biex tkabbar l-ansjetà ta’ xi investituri dwar kemm effettivament dawk li jfasslu l-politika ser ikunu kapaċi biex inaqqsu l-ħsara ekonomika mill-pandemija tal-coronavirus.

Ġirja globali għall-iffinanzjar bid-Dollaru ħżienet hekk kif il-mossa aggressiva tal-Federal Reserve li jifqa s-swieq bil-flus kontanti biex linaqqas l-ispejjeż tas-self u jiftaħ finanzjament għall-kumpaniji u banek milquta mill-imxija tal-coronavirus. Id-dollaru stabbilizza wara telf inizjali wara t-tnaqqis sorprendenti fir-rati tal-interessi, waqt li l-investituri fittxew is-sigurtà fil-yen minkejja sforzi mill-banek ċentrali ewlenin biex itaffu n-nuqqas tad-dollari fl-idejn u jipprovdu aktar likwidità.

L-Isterlina żdiedet kontra d-Dollaru iżda tbaxxa għall-inqas rata f'sitt xhur kontra l-ewro, hekk kif is-swieq finanzjarji studjaw it-tnaqqis sorpriza fir-rati fl-Istati Uniti għall-inqas livelli mill-Federal Reserve quddiem il-pandemija.

Ir-Reserve Bank of New Zealand baxxa r-rata tal-interessi ta’ referenza b’75 punt bażiku, fi sforz biex isostni l-ekonomija tiegħu, bħal ma għamlu banek ċentrali oħra. Dan huwa sinjal li lesti jagħmlu dak li huwa meħtieġ biex jgħinu f’dawk iż-żmenijiet straordinarja.

L-ewro żdied 1% kontra l-isterlina u aktar minn dan kontra d-dollaru Kanadiz u dak Awstraljan. L-ewro żdied 0.77% kontra d-Dollaru Amerikan.

Indiċi

L-indiċi S&P 500 tilef aktar minn 9% mal-ftuħ tan-negozju wara l-qtugħ awtomatiku ta’ 15-il minuta, minħabba biża li qed tikber dwar il-ħsara li l-coronavirus qed jagħmel lill-ekonomija dinjija. Il-waqfa fil-bidu tan-negozju kienet it-tielet pawsa ta’ emerġenza fin-negozju f’Wall Street f’sitt ijiem, u segwiet sensiela ta’ passi drastiċi mill-Fedreal Reserve biex jgħin lil—ekonomija Amerikana Id-Dow Jones tilef 12%.

L-ishma Ewropej tbaxxew b’10% hekk kif l-pandemija tal-virus qed tħarbat lill-parti l-kbira tal-Ewropa, b’illaxkar monetarju drammatiku mill-banek ċentrali globali.

Ishma

L-indiċi lokali kien b’mod ġenerali negattiv bl-HSBC Bank Malta jiżdied bi 3%. F’territorju negattiv kien hemm l-RS2 Software bi 13%, segwiti minn BMIT Technologies b’5.66%. Il-Bank of Valletta, il-Malita Investments, l-International Hotel Investments u l-Baystreet tilfu bejn 2% u 4%.

Bonds

Il-bonds lokali wkoll kellhom jum negattiv bl-International Hotel Investments 2025 fuq quddiem fit-tnaqqis u tilfu kważi 8%. Il-bonds Stivala, tal-Virtu Finance, il-Bank of Valletta, il-Von der Heyden Group u l-Premier Capital tilfu bejn 2.44% u 3.85%. Il-Plaza Centres 2026 żdiedu 1.43%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt mill-Istati Uniti tbaxxa taħt it-30% hekk kif it-tnaqqis ta’ emerġenza fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve u mill-kontrapartijiet tiegħu globali ma rnexxielux imewwet is-swieq finanzjarji u l-produzzzjoni fil-fabbriki Ċiniżi tbaxxew għall-inqas put tagħhom fi 30 sena fost l-imxija tal-coronavirus.

Id-deheb ma ħelishiex mill-bejgħ u tilef 4.47%. Il-fidda tilfet 15%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tilef illum wara li l-politiċi qablu dwar pakkett ta’ stimulu ta’ $2 Triljun li kkalma n-nervi tas-swieq finanzjarji u wassal biex l-investituri jixtru lura muniti aktar riskjużi. Id-dollaru…

Lokali

Din hi ħarsa ħafifa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum it-Tlieta 24 ta’ Marzu 2020. L-Orizzont Fl-ewwel paġna tal-ġurnal l-Orizzont nsibu storja li tgħid li l-għajnuna tal-Gvern lill-intrapriżi se tiżdied. Il-gazzetta…

Aktar