Lokali
Argus jesplora opportunitajiet biex jespandi l-operat f’Malta

Il-Grupp Argus qed jesplora opportunitajiet biex tinħoloq entità ġdida ta’ assigurazzjoni f’Malta. Din l-entità ġdida se jkollha l-għan li tissodisfa l-ħtiġijiet emerġenti tas-suq f’Malta, kif ukoll isservi ta’ bażi li permezz tagħha tidħol fi swieq Ewropej oħra.

Meta tkellmet f’avveniment li sar dan l-aħħar għall-brokers tal-assigurazzjoni, iċ-Chairman tal-Grupp Argus, Shelia Nicoll, qalet: “Il-Grupp Argus għadu impenjat li jikber u jiżviluppa l-preżenza tiegħu f’Malta. Fi żmien ta’ bidla ġeopolitika konsiderevoli, jinħolqu opportunitajiet sinifikanti. Brexit hu ċertament eżempju ċar ħafna ta’ opportunità kbira għal Malta, u aħna kuntenti li naraw li l-Gvern u l-komunità tan-negozju qed jaħdmu mill-qrib flimkien biex jagħmlu l-aħjar użu minn opportunitajiet bħal dawn.”

Dr Vanessa Borg, il-Kap Eżekuttiv ta’ AIAL, qalet li bis-saħħa tad-dedikazzjoni tal-impjegati u brokers, il-kumpanija hi f’pożizzjoni biex tkompli timxi ‘l quddiem fis-settur tal-assigurazzjoni lokali u se tfittex li tkompli tespandi n-negozju tagħha

Il-Grupp Argus għandu iktar minn 65 sena ta’ esperjenza fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Il-kumpanija, li hi bbażata fil-Bermuda, għandha ekwità netta ta’ $134 miljun dollaru ta’ Bermuda, u fl-2017 irreġistrat dħul ta’ $12 miljun dollaru tal-Bermuda. Il-Grupp bħalissa jopera disa’ negozji differenti li jkopru tliet territorji differenti, fosthom Malta. Aktar tagħrif mis-siti www.argus.com.mt u www.argus.bm.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa wara li l-ġimgħa li għaddiet laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa f’xahar hekk kif l-investituri kabbru s-sentiment għall-ogħla livell mill-2017, għalkemm it-tħassib li l-irkupru ekonomiku jista’ qed imajna wassal…

Lokali

Lidl Malta, the country’s leading supermarket with eight outlets spread around the Maltese Islands, is celebrating its 10 year anniversary. To mark this milestone, the Company organised a number of…

Aktar