Barranin
Banek Ċentrali jbaxxu r-rati tal-interessi u jillaxkaw il-politika monetarja

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF

 

Muniti

Il-yen irkupra mill-inqas livell f’ġimagħtejn llum wara l-aħbar li l-Prim Ministru Shinzo Abe ser jirriżenja, waqt li d-dollaru tħabat biex javvanza hekk kif il-prospetti ta’ rati baxxi tal-interessi fit-tul fl-Istati Uniti laqtu ħażin lill-munita Amerikana.

Il-yen huwa meqjus bħala munita sigura minħabba l-istatus tal-Ġappun bħala l-akbar nazzjon li jsellef. Analisti qalu li l-yen żdied mal-aħbar tar-riżenja ta’ Abe għaliex l-inċertezza politika tista’ twassal investituri Ġappuniżi li jġibu flushom lura lejn id-dar u jaqilbuhom f’yen.

Id-dollaru ffaċċja pressjoni fl-Asja wara d-diskors taċ-Ċermen tal-Federal Reserve Jerome Powell li fih qal li l-bank ċentrali ser jadotta mira medja għall-inflazzjoni – li jfisser li r-rati huma mistennija li jibqgħu baxxi anke jekk l-inflazzjoni titla’ xi ftit fil-futur.

L-ewro żdied b’ 0.4% għal $1.1867, għax l-investituri jidher li warrbu żieda fid-dħul mill-bonds Amerikani u biegħu lid-dollaru. L-isterlina żdiedet nofs punt perċentwali għal $1.3260.

 

Indiċi

L-ishma Ewropej kienu mistennija li jkun fetħu ogħla llum għax l-investituri studjaw bidla qawwija fil-politika monetarja mill-Federal Reserve Amerikan u qed ikomplu jimmonitorjaw l-aħbarijiet dwar il-coronavirus.

Ir-reazzjoni fl-Ewropa ġiet wara li l-ishma Amerikani issaħħew wara il-kummenti ta’ Powell. Ġeneralment, aħbarijiet dwar rati ta’ interessi baxxi huma pożittivi għas-settur tal-ishma.

 

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu bi ftit illum, u reġġgħu lura t-telf aktar kmieni fis-sessjoni hekk kif maltempata qawwija daħlet fuq l-Istati Uniti fil-qalba tal-industrija taż-żejt f’Louisiana u Texas mingħajr ma għamlet ħsarat kbar fir-raffineriji.

Id-deheb irkupra kważi 1% llum hekk kif tbaxxa d-dollaru u l-investituri eżaminaw il-politika monetarja moderata mħabba mill-Federal Reserve.

Id-deheb jibbenefika minn rati ta’ interessi baxxi, għax huma jbaxxu l-ispejjeż tal-opportunità taż-żamma tad-deheb li ma jħallix interessi u jolqtu ħażin lid-dollaru.

Iż-żieda fil-każi tal-coronavirus tefgħet dell fuq tamiet ta’ irkupru ekonomiku ta’ malajr u waslet lill-banek ċentrali biex ibaxxu r-rati tal-interessi u jillaxkaw il-politika monetarja, u b’hekk għenu lid-deheb li jiżdied 28% sa issa din is-sena.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar